cmtm_01 image gallery cmtm_02 cmtm_03
cmtm_08 cmtm_09 cmtm_10 cmtm_11
cmtm_12
cmtm_14
icon_architecture.jpg icon_arts.jpg icon_museums.jpg icon_military.jpg icon_majolica.jpg   icon_silver.jpg icon_prehistory.jpg icon_gozo.jpg icon_folklore.jpg icon_food.jpg
cmtm_17
cmtm_15
Folklore
Book Now
cmtm_25
spacer
Sant Anton

In quam. Nullam fermentum, erat nec volutpat porta, risus libero rhoncus ipsum, quis varius diam lectus in ligula. Maecenas quis lacus quis pede gravida cursus. Aliquam euismod lacus vel ipsum. Donec hendrerit faucibus massa. Maecenas in sem sed neque tincidunt vulputate. Curabitur suscipit. Fusce eu quam. Maecenas orci ipsum, facilisis ut, imperdiet at, eleifend sit amet, nisl. Etiam fringilla libero ut mi. Donec odio pede, posuere volutpat, volutpat in, tristique rhoncus, turpis. In ut mauris. Curabitur rutrum. Nullam metus. Vestibulum sit amet urna. Nunc felis. Duis consectetuer pede nec quam. Lorem ipsum dolor sit amet, consectetuer adipiscing elit. Nunc dignissim iaculis nisi. Ut tristique, mauris ac varius ultrices, mauris risus imperdiet magna, luctus placerat purus turpis non erat.

Test content

Aktar kronaka u aħbarijiet ġodda.

 

Wara daqsxejn ta’ nuqqas f’aġġornamenti regolari fuq dan is-sit uffiċċjali tas-Soċjetà, illum erġajna qegħdin hawn b’din il-kontribuzzjoni biex ninfurmawkom ftit b’dak li għadda mingħalina u dak li għandna ppjanat fil-futur. Fil-fatt, dawn il-ġranet li fihom dan is-sit kien fuq pawsa, kienu ġranet ferm impennjattivi għall-amministrazzjoni ċentrali tas-Soċjetà kif se naraw.

Mill-aħħar aġġornamenti ‘l hawn, kellna l-ħbieb tagħna tas-sotto-kumitat tal-Vampa Organisations li organizzaw ikla fil-Każin tal-Banda Leone; ikla li minbarra li kienet ferm ippopolata, ġabret lill-voluntiera u attivisti ta’ din il-fergħa tas-Soċjetà fil-każin tagħna għal mument rilassanti servut bi ftit ikel mill-itjeb ippreparat mill-istess membri, taħt il-kordinazzjoni ta’ Joe Zammit. Il-moral kien wieħed għoli ferm. Is-sotto kumitat li għadu kif inħatar għal din il-fergħa diġà ltaqa’ mal-kumitat eżekuttiv u flimkien ma’ l-andament ta’ din l-attività ta’ ġbir ta’ fondi, iddiskuta materji oħra ta’ mportanza sinifikanti, fosthom ovvjament il-festa ta’ Santa Marija 2009.

Barra minn hekk, nhar is-Sibt 8 ta’ Novembru kellna l-kunċert sinfoniku Puccini 150 – Anniversary Concert imtella’ mill-Fundazzjoni Classique. Dawk kollha li jew kienu preżenti jew kienu fil-viċinanzi tal-każin u t-teatru tagħna jafu x’serata impekkabbli kienet. Kienet attività fejn il-fundazzjoni bil-kollaborazzjoni sħiħa tat-Teatru ta’ l-Opra Aurora, imliet għal darba oħra, din l-ikbar sala teatrali fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt, is-sala kienet fully booked lejlet l-attività b’ħafna nies joħorġu diżappuntati fil-ġurnata tas-Sibt għaliex ma sabux wisa’. Il-kritika għal dan il-kunċert kienet waħda ferm sabiħa. Prosit kbira tmur hawnhekk lis-surmast direttur, u direttur artistiku tal-fundazzjoni Classique, Mro Joseph Debrincat, li huwa l-Assistent Surmast tal-Banda Leone. Huwa dderieġa l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali flimkien mat-Tenur Ignacio Encinas u s-Sopran Maria Pia Ionata li t-tnejn li huma kienu tant formidabbli fl-esekuzzjoni tagħhom. Għal din l-attività, bħal kull attività oħra, it-Teatru ta’ l-Opra Aurora, u s-Soċjetà Filarmonika Leone kienu ferm involuti fil-loġistika u l-organizzazzjoni fejn servew ta’ spalla lill-fundazzjoni organizzattiva bil-provediment ta’ servizzi u riżorsi umani. Pero’, f’dan il-każ, aktar minn kull każ ieħor, ma setax ikun mod ieħor, hekk kif is-Soċjetà, bl-ikbar unur u kburija kienet qiegħda tgħin u tassisti lill-bniedem minn tagħha li bil-għaqal u l-ħila tiegħu qiegħed kull ma jmur ikompli jibni r-reputazzjoni u l-karriera tiegħu. Għalhekk prosit u grazzi mill-ġdid. Puccini 150 – Anniversary Concert apparti mis-suċċessun li ssarraf minn ħafna xogħol, dedikazzjoni u maestrija fil-qasam mużikali u artistiku, kien ukoll ta’ żewġ eżempji ħajjin; l-ewwelnett, il-kollaborazzjoni bejn inizjattivi indipendenti u s-Soċjetà Filarmonika Leone li jistgħu jissarrfu f’affarijiet kbar u sbieħ, u t-tieni, il-benefiċċju li s-Soċjetà Leone bħala skola mużikali u kulturali toffri lil uliedna.

La qed insemmu lil uliedna, komplew ukoll l-inizjattivi tal-ħarġiet kulturali u rikreattivi għall-alljievi tal-banda u l-ħbieb tfal u adoloxxenti, organizzati mill-Aurora Youth Movement. Wara waqfa fil-perjodu ta’ l-opra lirika, komplew il-ħarġiet. Kellna żewġ mixjiet oħra, waħda lejn il-Wied tal-Lunzjata u Santa Luċija u l-oħra fl-inħawi ta’ San Dimitri fejn il-grupp, li n-numru tiegħu reġà kiber drastikament, mexa mill-periferija ta’ l-Għarb, sal-Kappella ta’ San Dimitri, lejn l-irdumijiet, sa Wied il-Mielaħ u lura. Tassew xeni mill-isbaħ, li huma ferm rari u diffiċli biex wieħed imur igawdihom fuq inizjattiva personali u individwali. Kien evidenti li dawk kollha preżenti ddevertew u rrilassaw minkejja l-mixja twila u dan ikompli jawgura tajjeb għaż-żminijiet li ġejjin.

Is-Soċjetà Filarmonika Leone issa tkompli taħdem fuq aktar inizjattivi ġodda biex inkomplu nsebbħu l-kalednarju kulturali u soċjali tagħna, li għalina huwa l-pulmun tan-nifs tagħna. Is-Soċjetà Leone, bħala soċjetà mużikali tibqa’ tgħix u tieħu nifs, kemm iddum torganizza l-attivitajiet kulturali u mużikali. U fil-futur qarib inkunu nistgħu wkoll inħabbru aktar inizjattivi u proġetti ġodda, hekk kif jiġu kkonfermati mill-kumitat ċentrali.

Sadanittant, tkompli l-ħidma strutturali fil-każin flimkien mat-tkomplija tal-proġetti tal-manutenzjoni. Fil-ġimgħat li ġejjin, eventwalment inkunu nistgħu anki nurukom xi ritratti ta’ xogħolijiet oħra li qegħdin iżommu lid-direttorat tal-każin impennjati, hekk kif issa wkoll fil-ġranet mhux imbiegħda jibda t-tiżjin tal-Milied li jdaħħluna fi staġun impennjattiv ieħor. Għalhekk żommu rwieħkom aġġornati ma’ dan is-sit, li issa jerġa’ magħkom b’mod aktar frekwenti u regolari.
 

cmtm_26
cmtm_27
cmtm_29